20.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Bergamo — L-Italja) — Luigi Scarpelli vs NEOS Banca SpA
(Kawża C-509/07) (1)
(Direttiva 87/102/KEE - Protezzjoni tal-konsumaturi - Kreditu lill-konsumatur - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ bejgħ)
2009/C 141/21
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Bergamo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Luigi Scarpelli
Konvenuta: NEOS Banca SpA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Bergamo — Interpretazzjoni tal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, tat-22 ta’ Diċembru 1986, għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-kreditu lill-konsumatur (ĠU L 42, p. 48) — Kreditu lill-konsumatur — Dritt tal-konsumatur li jieħu r-rimedji kontra min jagħti l-kreditu f’każ ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ bejgħ fir-rigward ta’ oġġetti ffinanzjati bil-kreditu
Dispożittiv
L-Artikolu 11(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, tat-22 ta’ Diċembru 1986, għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-kreditu lill-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik eżistenti fil-kawża prinċipali, l-eżistenza ta’ ftehim bejn min jagħti l-kreditu u l-fornitur, li abbażi tiegħu self jingħata esklussivament minn min jagħti l-kreditu lill-klijenti ta’ dak il-bejjiegħ, m’hijiex kundizzjoni neċessarja għad-dritt ta’ dawn il-klijenti li jieħdu r-rimedji kontra min jagħti l-kreditu f’każ ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi tal-fornitur, sabiex jiksbu t-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ finanzjament u r-rifużjoni sussegwenti tas-somom imħallsa lill-finanzjatur.
(1) ĠU C 37, 09.02.2008.
Full & Egal Universal Law Academy