30.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 223/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-510/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 68/414/KEE - L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 1 - Obbligu li jinżammu f'kull żmien ħażniet minimi ta' prodotti petroliferi - Ksur)
(2008/C 223/27)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiz
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u B. Schima, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: C. Pochet, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas ta' osservanza ta' l-obbligu li jinżammu ħażniet ta' prodotti petroliferi previst fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 68/414/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1968 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri tal-KEE li jżommu ħażniet minimi ta' prodotti taż-żejt mhux maħdum u/jew prodotti petroliferi (ĠU L 308, p. 14), kif emendata u sussegwentement ikkodifikata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/67/KE ta' l-24 ta' Lulju 2006 (ĠU L 217, p. 8) — Natura u portata ta' l-obbligu li jinżammu ħażniet — Diskrepanza bejn iċ-ċifri nnotifikati mill-Istat Membru kkonċernat u l-informazzjoni mogħtija mill-Eurostat — Metodu ta' kalkolu tal-ħażniet ta' prodotti petroliferi u tal-livell tal-konsum intern ta' dawn il-prodotti
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jinżamm, fit-territorju tal-Komunità Ewropea, f'kull żmien, il-livell meħtieġ ta' ħażniet ta' prodotti petroliferi għat-tieni kategorija tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 68/414/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1968 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri tal-KEE li jżommu ħażniet minimi ta' prodotti taż-żejt mhux maħdum u/jew ta' prodotti petroliferi, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 98/93/KE ta' l-14 ta' Diċembru 1998, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 1 ta' din l-istess direttiva.
2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 22, 26.1.2008.
Full & Egal Universal Law Academy