4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-516/07) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2000/60/KE - Qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma - Ħatra ta’ awtoritajiet kompetenti għad-distretti idrografiċi)
2009/C 153/15
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: S. Pardo Quintillán, aġent)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: B. Plaza Cruz, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 3(2), (7) u (8) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60/KE tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, p. 1).
Dispożittiv
1)
Billi ma ħatarx l-awtoritajiet kompetenti sabiex japplika d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60/KE tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma fir-rigward tal-Komunitajiet awtonomi ta’ Galicia, tal-País Vasco, tal-Andalusija, tal-Gżejjer Baleariċi u tal-Gżejjer Kanarji, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligu tiegħu taħt l-Artikolu 3(2),(7) u (8) ta’ din id-direttiva.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 37, 9.2.2008.
Full & Egal Universal Law Academy