7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Koninklijke FrieslandCampina NV, li qabel kienet Koninklijke Friesland Foods NV, li qabel kienet Friesland Coberco Dairy Foods Holding NV
(Kawża C-519/07 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Skema fiskali ta’ għajnuna implementata mill-Olanda għall-attivitajiet ta’ finanzjament internazzjonali - Deċiżjoni Nru 2003/515/KE - Inkompatibbiltà mas-suq komuni - Dispożizzjoni tranżitorja - Ammissibbiltà - Interess ġuridiku - Prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ trattament ugwali)
2009/C 267/22
Lingwa tal-proċedura: L-Olandiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. van Vliet u S. Noë, aġenti)
Appellata: Koninklijke FrieslandCampina NV, li qabel kienet Koninklijke Friesland Foods NV, li qabel kienet Friesland Coberco Dairy Foods Holding NV (rappreżentanti E. Pijnacker Hordijk u W. Geursen, avukati)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Settembru 2007, Koninklijke Friesland Foods NV (li qabel kienet Friesland Coberco Dairy Foods Holding NV) vs Il-Kummissjoni (T-348/03) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/515/KE, tas-17 ta’ Frar 2003, dwar l-iskema ta’ għajnuna implementata mill-Olanda għall-attivitajiet ta’ finanzjament internazzjonali (ĠU L 180, p. 52), sa fejn dan jeskludi mill-iskema tranżitorja l-operaturi li, fid-data tal-11 ta’ Lulju 2001, kienu diġà ressqu quddiem l-amministrazzjoni fiskali Olandiża talba għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ għajnuniet inkwistjoni li dwarha kienet għadha ma tteħditx deċiżjoni sa din l-istess data.
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta’ Settembru 2007, Koninklijke Friesland Foods vs Il-Kummissjoni (T-348/03), hija annullata.
2)
Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 37, 09.02.2008.
Full & Egal Universal Law Academy