7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs MTU Friedrichshafen GmbH
(Kawża C-520/07 P) (1)
(“Appell - Għajnuna għar-ristrutturazzjoni - Deċiżjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 - Responsabbiltà in solidum”)
2009/C 267/23
Lingwa tal-proċedura: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Gross u B. Martenczuk, aġenti)
Appellata: MTU Friedrichshafen GmbH (rappreżentanti: Th. Lübbig u M. le Bell, Rechtsanwälte)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla Estiża), tat-12 ta’ Settembru 2007, fil-kawża T-196/02, MTU Friedrichshafen vs Il-Kummissjoni, li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2002/898/KE tal-Kummissjoni, tad-9 ta’ April 2002, dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Ġermanja lil SKL Motoren- und Systembautechnik GmbH, safejn din tordna l-ħlas lura in solidum minn MTU Friedrichshafen GmbH ta’ ammont ta’ EUR 2.71 miljuni — Limiti u kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 tal-Kunsill, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jawtorizza lill-Kummissjoni tadotta deċiżjoni finali li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli meta l-Istat Membru kkonċernat jonqos milli jikkonforma ruħu ma’ inġunzjoni ta’ informazzjoni.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 22, 26.01.2008.
Full & Egal Universal Law Academy