1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Olanda
(Kawża C-521/07) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea - Artikolu 40 - Moviment liberu tal-kapital - Diskriminazzjoni fit-trattament tad-dividendi mħallsa minn kumpanniji Olandiżi - Taxxa f’ras il-għajn - Eżenzjoni - Kumpanniji benefiċjarji stabbiliti fl-Istati Membri tal-Komunità - Kumpanniji benefiċjarji stabbiliti fl-Iżlanda jew fin-Norveġja)
2009/C 180/10
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. van Nuffel u R.Lyal, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Olanda (rappreżentanti: C.M. Wissels u D.J.M. de Grave, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 40 ŻEE — Nuqqas ta’ eżenzjoni tad-dividendi mħallsa lill-kumpanniji stabbiliti fin-Norveġja jew fl-Iżlanda mit-taxxa f’ras il-għajn fuq dividendi taħt l-istess kundizzjonijiet bħad-dividendi mħallsa lill-kumpanniji Olandiżi.
Dispożittiv
1)
Billi ma eżentax id-dividendi mħallsa minn kumpanniji Olandiżi lill-kumpanniji stabbiliti fl-Iżlanda jew fin-Norveġja mit-taxxa f’ras il-għajn fuq id-dividendi bl-istess kundizzjonijiet bħad-dividendi mħallsa lill-kumpanniji Olandiżi jew lil dawk stabbiliti fi Stati Membri oħrajn tal-Komunità Ewropea, ir-Renju tal-Olanda naqas mill-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992.
2)
Ir-Renju tal-Olanda huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 37, 9.2.2008
Full & Egal Universal Law Academy