7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-524/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 28 KE u 30 KE - Reġistrazzjoni ta' vetturi antiki użati preċedentement irreġistrati fi Stati Membri oħra - Rekwiżiti tekniċi dwar l-emissjonijiet li jniġġsu u l-livell tal-ħoss - Saħħa pubblika - Protezzjoni tal-ambjent)
(2009/C 32/15)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: B. Schima, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: E. Riedl u G. Eberhard, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 28 u 30 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta r-reġistrazzjoni ta' vetturi użati importati u preċedentement irreġistrati fi Stati Membri oħra għas-sodisfazzjon ta' ċerti rekwiżiti tekniċi, meta l-vetturi użati li jinsabu diġà fis-suq nazzjonali u li għandhom l-istess karatteristiċi mhumiex suġġetti għal tali rekwiżiti f'każ ta' reġistrazzjoni ġdida
Dispożittiv
1)
Billi teżiġi li, bl-għan li jiġu rreġistrati għall-ewwel darba fl-Awstrija, vetturi preċedentement irreġistrati fi Stati Membri oħra, li ma ġewx suġġetti, minħabba l-fatt li huma antiki, għal approvazzjoni Komunitarja, jissodisfaw il-valuri ta' limitu fir-rigward ta' emissjonijiet li jniġġsu u ta' ħoss iktar stretti minn dawk li kellhom jissodisfaw inizjalment, b'mod partikolari, il-valuri stabbiliti bid-Direttiva tal-Kunsill 93/59/KEE tat-28 ta' Ġunju 1993 li temenda d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta ma' miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis tal-arja mill-emissjonijiet minn vetturi bil-mutur, u bid-Direttiva tal-Kunsill 92/97/KEE tal-10 ta' Novembru 1992 li temenda d-Direttiva 70/157/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur, filwaqt li l-vetturi li għandhom l-istess karatteristiċi u li huma diġà awtorizzati sabiex jiċċirkolaw fl-Awstrija mhumiex suġġetti għal dan ir-rekwiżit meta jiġu rreġistrati mill-ġdid f'dan l-Istat Membru, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 28 KE.
2)
Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 37, 9.2.2008.
Full & Egal Universal Law Academy