1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof — L-Awstrija) — Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG vs Franz Hauswirth GmbH
(Kawża C-529/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja tridimensjonali - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 51(1)(b) - Kriterji rilevanti sabiex tiġi evalwata l-‘mala fede’ tal-applikant waqt il-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja”)
2009/C 180/12
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG
Konvenuta: Franz Hauswirth GmbH
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1) — Kunċett ta’ ‘mala fede’ tal-applikant għat-trade mark — Applikazzjoni għal trade mark bil-għan li l-kompetituri jiġu preklużi milli jkomplu l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti li jixxiebħu li preċedentement ikunu kisbu ċerta reputazzjoni — Fniek taċ-ċikkulata tal-Għid.
Dispożittiv
Għall-finjiet tal-evalwazzjoni tal-eżistenza tal-mala fede tal-applikant, skont l-Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja, il-qorti nazzjonali għandha l-obbligu li tieħu inkunsiderazzjoni l-fatturi rilevanti kollha relatati mal-każ ineżami u eżistenti fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal bħala trade mark Komunitarja, u b’mod partikolari:
—
il-fatt li l-applikant jaf jew għandu jkun jaf li terz jutilizza, tal-anqas fi Stat Membru wieħed, sinjal identiku jew li jixxiebah għal prodott identiku jew li jixxiebah li kapaċi jwassal għal konfużjoni mas-sinjal li għalih qed issir applikazzjoni għal reġistrazzjoni;
—
l-intenzjoni tal-applikant li jipprekludi lil dan it-terz milli jkompli juża tali sinjal, kif ukoll
—
il-livell ta’ protezzjoni legali li jgawdu minnha s-sinjal tat-terz u s-sinjal li għalih qed issir applikazzjoni għal reġistrazzjoni.
(1) ĠU C 37, 9.2.2008
Full & Egal Universal Law Academy