4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-530/07) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/271/KEE - Tniġġis u inkonvenjenzi - Trattament tal-ilma mormi urban - Artikoli 3 u 4)
2009/C 153/16
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u G. Braga da Cruz, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u M. J. Lois, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, p. 40)
Dispożittiv
1)
Billi ma pprovdietx sistemi ta’ ġbir, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, għall-agglomerazzjonijiet ta’ Bacia do Rio Uima (Fiães S. Jorge), ta’ Costa de Aveiro, ta’ Covilhã, ta’ Espinho/Feira, ta’ Ponta Delgada, ta’ Póvoa de Varzim/Vila do Conde kif ukoll ta’ Santa Cita u billi naqset milli tissuġġetta għal trattament sekondarju jew għal trattament ekwivalenti ieħor, skont l-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva, l-ilma mormi urban provenjenti mill-agglomerazzjonijiet ta’ Alverca, ta’ Bacia do Rio Uima (Fiães S. Jorge), ta’ Carvoeiro, ta’ Costa de Aveiro, ta’ Costa Oeste, ta’ Covilhã, ta’ Liżbona, ta’ Matosinhos, ta’ Milfontes, ta’ Nazaré/Famalicão, ta’ Ponta Delgada, ta’ Póvoa de Varzim/Vila do Conde, ta’ Santa Cita, ta’ Vila Franca de Xira u ta’ Vila Real de Santo António, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 3 u 4 ta’ din id-direttiva.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 37, 9.2.2008
Full & Egal Universal Law Academy