4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Oberster Gerichtshof — L-Awstrija) — Fachverband der Buch- und Medienwirtschaft vs LIBRO Handelsgesellschaft mbH
(Kawża C-531/07) (1)
(Moviment liberu tal-merkanzija - Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-prezz stabbilit għall-kotba importati - Miżuri b’effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva fuq l-importazzjoni - Ġustifikazzjoni)
2009/C 153/17
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fachverband der Buch- und Medienwirtschaft
Konvenuta: LIBRO Handelsgesellschaft mbH
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 3(1), 10, 28, 30, 81 u 151 tat-Trattat KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-importaturi ta’ kotba bil-lingwa Ġermaniża jistabbilixxu prezz ta’ bejgħ bl-imnut li ma jistax ikun inqas minn dak stabbilit għall-pajjiż tal-oriġini
Dispożittiv
1)
Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprekludi lill-importaturi ta’ kotba bil-lingwa Ġermaniża milli jiffissaw prezz irħas mill-prezz tal-bejgħ għall-pubbliku ffissat jew irrakkomandat mill-pubblikatur għall-Istat fejn issir il-pubblikazzjoni, tikkostitwixxi “miżura b’effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva fuq l-importazzjoni” fis-sens tal-Artikolu 28 KE.
2)
Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprekludi lill-importaturi ta’ kotba bil-lingwa Ġermaniża milli jiffissaw prezz irħas mill-prezz tal-bejgħ għall-pubbliku ffissat jew irrakkomandat mill-pubblikatur tal-Istat fejn issir il-pubblikazzjoni, la tista’ tiġi ġġustifikata permezz tal-Artikoli 30 KE u 151 KE u lanqas permezz ta’ ħtiġijiet imperattivi ta’ interess ġenerali.
(1) ĠU C 37, 9.2.2008.
Full & Egal Universal Law Academy