24.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Settembru 2009 — William Prym GmbH & Co. KG, Prym Consumer GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-534/07 P) (1)
(“Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-oġġetti tal-ħjata (labar) - Akkordji ta’ tqassim tas-suq - Ksur tad-drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Multa - Linji gwida - Gravità tal-ksur - Impatt reali fuq is-suq - Implementazzjoni tal-akkordju”)
2009/C 256/08
Lingwa tal-proċedura: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: William Prym GmbH & Co. KG, Prym Consumer GmbH & Co. KG (rappreżentanti: H.-J. Niemeyer, Ch. Herrmann u M. Röhrig, Rechtsanwälte)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u K. Mojzesowicz, aġenti)
Suġġett
Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Settembru 2007, Prym u Prym Consumer vs Il-Kummissjoni (T-30/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ffissat l-ammont tal-multa imposta fuq l-appellanti mill-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004)4221 finali, tas-26 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE (Każ COMP/F-1/38.338 — PO/Labar) għal EUR 27 miljun — Akkordju fis-suq tal-prodotti tal-ħjata (labar)
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
William Prym GmbH & Co. KG u Prym Consumer GmbH & Co. KG huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 37, 09.02.2008.
Full & Egal Universal Law Academy