7.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-15 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-539/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2002/22/KE - Artikolu 26(3) - Numru uniku Ewropew għal sejħa ta' emerġenza - Informazzjoni dwar li post fejn jinsab min jagħmel is-sejħa - Tqegħid għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet mitluba li jintervjenu fil-każ ta' emerġenza - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)
(2009/C 55/06)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Montaguti u A. Nijenhuis, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. M. Braguglia, aġent u S. Fiorentino, avvocato dello Stato)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 26(3) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”) (ĠU L 108, p. 51).
Dispożittiv
1)
Billi, fir-rigward tas-sejħiet kollha magħmula għan-numru uniku Ewropew għal sejħa ta' emerġenza “112”, naqset milli tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet mitluba li jintervjenu f'każ ta' emerġenza l-informazzjoni post fejn jinsab min jagħmel is-sejħa, sa fejn dan kien teknikament possibbli, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 26(3) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”)
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 37, 9.2.2008.
Full & Egal Universal Law Academy