20.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu — Ir-Repubblika tal-Polonja) — Uwe Rüffler vs Dyrektor Izby Skarbowej we Wrocławiu Ośrodek Zamiejscowy w Wałbrzychu
(Kawża C-544/07) (1)
(Artikolu 18 KE - Leġiżlazzjoni fil-qasam tat-taxxa fuq id-dħul - Tnaqqis tat-taxxa fuq id-dħul bl-ammont ta’ kontribuzzjonijiet ta’ assigurazzjoni kontra l-mard imħallsa fl-Istat Membru li jimponi t-taxxa - Rifjut ta’ tnaqqis bl-ammont ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa fi Stati Membri oħra)
2009/C 141/24
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Uwe Rüffler
Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej we Wrocławiu Ośrodek Zamiejscowy w Wałbrzychu
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu (il-Polonja) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 12(1) u tal-Artikoli 39(1) u (2) tat-Trattat KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tat-taxxa fuq id-dħul li tillimita t-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet ta’ assigurazzjoni kontra l-mard mid-dħul taxxabbli biss għal dawk il-kontribuzzjonijiet imħallsa fl-Istat Membru.
Dispożittiv
L-Artikolu 18(1) KE jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-għoti ta’ dritt għal tnaqqis mit-taxxa fuq id-dħul bl-ammont tal-kontribuzzjonijiet ta’ assigurazzjoni kontra l-mard imħallsa bil-kundizzjoni li dawn il-kontribuzzjonijiet ikunu tħallsu f’dan l-Istat Membru, fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, u li twassal għar-rifjut tal-għoti ta’ tali benefiċċju fiskali meta l-kontribuzzjonijiet li jistgħu jitnaqqsu mill-ammont ta’ taxxa fuq id-dħul dovut f’dan l-Istat Membru jitħallsu fil-kuntest ta’ skema ta’ assigurazzjoni obbligatorja kontra l-mard ta’ Stat Membru ieħor.
(1) ĠU C 37, 9.2.2008
Full & Egal Universal Law Academy