1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-561/07) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2001/23/KE - Trasferiment ta’ impriża - Salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għan-nuqqas ta’ applikazzjoni għat-trasferimenti ta’ impriżi f’‘qagħda ta’ kriżi’)
2009/C 180/15
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Enegren u L. Pignataro, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: R. Adam, aġent, W. Ferrante, avvocato dello Stato)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU L 82, p. 16) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistipula n-non-applikazzjoni tal-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva għat-trasferimenti ta’ impriżi f’“qagħda ta’ kriżi”.
Dispożittiv
1)
Billi żammet fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 47 (5) u (6) tal-Liġi Nru 428 tad-29 ta’ Diċembru 1990, f’każ ta’ “kriżi tal-impriża” fis-sens tal-punt (c) tal-ħames paragrafu tal-Artikolu 2 tal-Liġi Nru 675 tat-12 ta’ Awwissu 1977, b’tali mod li d-drittijiet irrikonoxxuti lill-impjegati permezz tal-Artikolu 3(1), (3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, mhumiex iggarantiti fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriża li l-istat ta’ kriżi tagħha kien ġie ikkonstatat, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 64, 8.3.2008.
Full & Egal Universal Law Academy