21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-562/07) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 56 KE u Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE - Tassazzjoni diretta - Persuni fiżiċi - Impożizzjoni ta’ taxxa fuq il-qligħ kapitali - Differenza fit-trattament bejn persuni residenti u dawk mhux residenti)
2009/C 282/08
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R. Lyal u I. Martínez del Peral, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 39 KE u 56 KE u tal-Artikoli 28 u 40 tal-Ftehim ŻEE — Differenza fit-trattament, f’dak li jikkonċerna t-taxxa fuq id-dħul miksub fi Spanja, bejn persuni residenti u persuni mhux residenti
Dispożittiv
(1)
Billi sal-31 ta’ Diċembru 2006 kien tratta b’mod differenti l-qligħ kapitali li kien sar fi Spanja, skont jekk inkisibx minn persuni residenti jew minn persuni mhux residenti, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 56 KE u taħt l-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992.
(2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż
(1) ĠU C 64, 08.03.2008.
Full & Egal Universal Law Academy