1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-564/07) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 49 KE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Avukati tal-privattivi - Obbligu ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà professjonali - Obbligu li tiġi maħtura persuna residenti fl-Istat Membru tad-destinazzjoni tas-servizzi)
2009/C 180/16
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Traversa u H. Krämer, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: E. Riedl u G. Kunnert, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 49 KE — Rekwiżiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward tal-avukati tal-privattivi, li huma legalment stabbiliti fi Stati Membri oħra, sabiex dawn ikunu jistgħu jipprovdu, temporanjament, is-servizzi tagħhom fl-Istat Membru kkonċernat — Obbligu li wieħed jirreġistra ruħu fir-reġistru nazzjonali, li jkollu, għal dan il-għan, assigurazzjoni għar-responsabbiltà professjonali, li jkun suġġett għall-osservanza tar-regoli dixxiplinari nazzjonali kollha minbarra dawk marbuta mal-kwalifiki professjonali u li jopera bi sħab ma’ mandatarju lokali.
Dispożittiv
1)
Billi tobbliga lill-avukati tal-privattivi, li huma legalment stabbiliti fi Stat Membru ieħor u li jixtiequ, temporanjament, jipprovdu servizzi fl-Awstrija, jirrikorru għas-servizzi ta’ persuna residenti fl-Awstrija, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49 KE.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 79, 29.3.2008.
Full & Egal Universal Law Academy