1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-568/07) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 43 KE u 48 KE - Ottiċi - Kundizzjonijiet ta’ stabbiliment - Ftuħ u tmexxija ta’ ħwienet li jbiegħu materjal ottiku - Eżekuzzjoni inkompleta ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Ħlas ta’ somma f’daqqa)
2009/C 180/18
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Zavvos u E. Traversa, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Eżekuzzjoni inkompleta tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ April 2005, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ellenika (C-140/03) dwar il-ksur tal-Artikoli 43 u 48 KE fir-rigward tal-proprjetà, il-ftuħ u t-tmexxija ta’ ħwienet ta’ materjal ottiku — Liġi nazzjonali li tirriżerva l-proprjetà tal-ħwienet tal-ottika lill-ottiċi rikonoxxuti — Talba sabiex tiffissa penali.
Dispożittiv
1)
Billi naqset milli tadotta, sad-data ta’ meta skada t-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata maħruġa mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej skont l-Artikolu 228 KE, il-miżuri kollha sabiex teżegwixxi s-sentenza tal-21 ta’ April 2005, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-140/03), Ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 228(1) KE.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Komunità Ewropea”, somma f’daqqa ta’ EUR 1 miljun.
3)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 64, 8.3.2008
Full & Egal Universal Law Academy