21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-iSpecial Commissioners of Income Tax, London — Ir-Renju Unit) — HSBC Holdings plc, Vidacos Nominees Ltd vs The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs
(Kawża C-569/07) (1)
(Taxxi indiretti - Ġbir ta’ kapital - Impożizzjoni ta’ dazju ta’ 1,5 % fuq it-trasferiment jew il-ħruġ ta’ azzjonijiet f’servizz ta’ tpaċija ta’ tranżazzjonijiet (“clearance service”))
2009/C 282/10
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Special Commissioners of Income Tax, London
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: HSBC Holdings plc, Vidacos Nominees Ltd
Konvenuta: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Special Commissioners of Income Tax, London — Interpretazzjoni tal-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU L 249, p. 25) kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE, tal-10 ta’ Ġunju 1985 (ĠU L 156, p. 23), u tal-Artikoli 43, 49 u 56 KE — Offerta minn kumpannija (“A”) stabbilita fi Stat Membru sabiex tixtri l-azzjonijiet ta’ kumpannija (“B”) stabbilita fi Stat Membru ieħor bi skambju tal-ħruġ ta’ azzjonijiet tal-kumpannija A fil-Borża tal-Istat Membru l-ieħor — Impożizzjoni ta’ dazju ta’ 1,5 % fuq it-trasferiment jew il-ħruġ ta’ azzjonijiet f’servizz ta’ tpaċija ta’ tranżazzjonijiet (“clearance service”)
Dispożittiv
L-Artikolu 11(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE, tal-10 ta’ Ġunju 1985, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-ġbir ta’ taxxa, bħal dik fil-kawża prinċipali, meta jinħarġu azzjonijiet ġodda f’servizz ta’ tpaċija ta’ tranżazzjonijiet.
(1) ĠU C 64, 08.03.2008
Full & Egal Universal Law Academy