1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Krajský soud v Ústí nad Labem — Ir-Repubblika Ċeka) — RLRE Tellmer Property s.r.o. vs Finanční ředitelství v Ústí nad Labem
(Kawża C-572/07) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - VAT - Eżenzjoni tal-lokazzjoni ta’ proprjetà immobbli - Tindif tal-partijiet komuni marbuta mal-lokazzjoni - Provvisti anċillari)
2009/C 180/19
Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Krajský soud v Ústí nad Labem
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: RLRE Tellmer Property s.r.o.
Konvenut: Finanční ředitelství v Ústí nad Labem
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Krajský Soud v Ústí nad Labem — Interpretazzjoni tal-Artikoli 6 u 13B (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1) — Portata tal-eżenzjoni mill-VAT tal-lokazzjoni ta’ proprjetà immobbli — Inklużjoni tal-ispejjeż tat-tindif tal-partijiet komuni ta’ dar residenzjali
Dispożittiv
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, il-lokazzjoni ta’ proprjetà immobbli u s-servizz ta’ tindif tal-partijiet komuni tagħha, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, għandhom jitqiesu li huma tranżazzjonijiet indipendenti, distinti minn xulxin, b’tali mod li l-imsemmi servizz ma jaqax taħt din id-dispożizzjoni.
(1) ĠU C 79, 29.3.2008
Full & Egal Universal Law Academy