29.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 79/10
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' Novembru 2007 — Friedrich Weber vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-107/07 P) (1)
(Appell - Rifjut għal aċċess għal dokumenti - Inammissibbiltà manifesta)
(2008/C 79/18)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Friedrich Weber (rappreżentant: W. Declair, Rechtsanwalt)
Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u C. Ladenburger, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Diċembru 2006 fil-kawża T-290/05, Friedrich Weber vs Il-Kummissjoni, li bih il-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet bħala manifestament inammissibbli rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni tas-27 ta' Mejju 2005, li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex ikollu aċċess għal ittra mibgħuta mid-Direttorat Ġenerali “Kompetizzjoni” lill-Gvern Federali Ġermaniż dwar proċeduri ta' għajnuna mill-Istat bil-għan ta' l-iffinanzjar tal-korpi pubbliċi tax-xandir tar-radju fil-Ġermanja
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
F. Weber huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 95, 28.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy