15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/15
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) ta' l-14 ta' Mejju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Prud'homie de pêche — Franza) — Jonathan Pilato vs Jean-Claude Bourgault
(Kawża C-109/07) (1)
(Kunċett ta' qorti jew tribunal nazzjonali - Nuqqas ta' ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)
(2008/C 209/20)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Prud'homie de pêche
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Jonathan Pilato
Konvenut: Jean-Claude Bourgault
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Prud'hommie de pêche de Martigues (Franza) — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 11a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, tad-29 ta' April 1997, li jippreskrivi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd (ĠU l 132, p. 1), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1239/98, tat-8 ta' Ġunju 1998 (ĠU l 171, P. 1) — Definizzjoni tal-kunċett ta' “pariti” — Inklużjoni tat-“thonaille”? — L-għan ambjentali tal-miżura ta' projbizzjoni prevista fl-artikolu msemmi — Validità ta' din id-dispożizzjoni fid-dawl, b'mod partikolari, tal-bażi legali li fuqha kienet ġiet adottata
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej manifestament m'għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi li sarulha mill-Prud'homie de pêche de Martigues permezz ta' deċiżjoni tas-17 ta' Diċembru 2006.
(1) ĠU C 95, 28.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy