8.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 64/15
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) ta' l-10 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Jaworznie — Ir-Repubblika tal-Polonja) — Piotr Kawala vs Gmina Miasta Jaworzna
(Kawża C-134/07) (1)
(L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Tassazzjoni interna għola għal prodott importat minn Stat Membru ieħor milli għal prodott simili mixtri fil-post - L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 90 KE - Taxxa fuq l-ewwel reġistrazzjoni li tapplika fuq vetturi użati importati)
(2008/C 64/22)
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy w Jaworznie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Piotr Kawala
Konvenuta: Gmina Miasta Jaworzna
Suġġett
Talba għal domanda preliminari — Sąd Rejonowy w Jaworznie — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 90 KE — Imposta fuq il-ħruġ ta' karta ta' reġistrazzjoni ta' vettura ma' l-ewwel reġistrazzjoni fl-Istat Membru, b'ammont li jaqbeż b'mod kunsiderevoli l-ammont ta' l-imposta għall-ksib ta' kopja ta' karta ta' reġistrazzjoni ta' vettura — Prinċipju ta' newtralità ta' l-imposti nazzjonali fir-rigward tal-kompetizzjoni bejn prodotti li jinsabu diġà fuq is-suq nazzjonali u prodotti importati
Dispożittiv
L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 90 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi taxxa, bħal dik prevista fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tad-deċiżjoni tal-Ministru Pollakk ta' l-Infrastruttura tat-28 ta' Lulju 2003, dwar l-ammont ta' taxxa li għandha titħallas sabiex jinkiseb ċertifikat ta' reġistrazzjoni, li fil-prattika hija applikabbli għall-ewwel reġistrazzjoni ta' vettura użata importata minn Stat Membru ieħor, u mhux għall-akkwist fil-Polonja ta' vettura użata fejn din tkun diġà rreġistrata.
(1) ĠU C 95, 28.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy