8.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 285/11
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato, l-Italja) — Salvatore Aiello et vs Comune di Milano, Sindaco di Milano, Comitato tecnico — scientifico per l'emergenza del traffico e della mobilità nella città di Milano, Provincia di Milano, Regione Lombardia, Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Ministero dell'Interno, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Euromilano SpA, Metropolitana milanese SpA
(Kawża C-156/07) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 85/337/KEE - Stima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent - Kostruzzjoni ta' triq f'Milan)
(2008/C 285/17)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Salvatore Aiello et
Konvenuti: Comune di Milano, Sindaco di Milano, Comitato tecnico — scientifico per l'emergenza del traffico e della mobilità nella città di Milano, Provincia di Milano, Regione Lombardia, Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Ministero dell'Interno, Presidenza del Consiglio dei Ministri
Fil-preżenza ta': Euromilano SpA, Metropolitana milanese SpA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Consiglio di Stato — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2 u 4 u tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta' Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p. 40) — Kriterji tal-għażla li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-istima ta' proġett — Kostruzzjoni ta' triq (“la strada Interquartiere Nord”) f'Milan
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 85/337/KEE tal-Kunsill, tas-27 ta' Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE tat-3 ta' Marzu 1997, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jeżiġix li kull proġett li jista' jkollu impatt sinjifikattiv fuq l-ambjent għandu jkun suġġett għall-proċedura ta' stima li din id-direttiva tipprevedi, iżda li għandhom ikunu hekk suġġetti dawk il-proġetti biss li jissemmew fl-Anness I u II tal-imsemmija direttiva, skont il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tagħha u bla ħsara għall-Artikolu 1(4) u (5) kif ukoll l-Artikolu 2(3) tal-istess direttiva.
2)
Il-kriterji tal-għażla rilevanti msemmija fl-Anness III tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 97/11, huma imposti fuq l-Istati Membri meta dawn jiddeterminaw, għall-proġetti li jaqgħu taħt l-Anness II tagħha, jew fuq il-bażi ta' eżami każ b'każ, jew il-bażi ta' thresholds jew kriterji li huma jistabbilixxu, jekk il-proġett ikkonċernat għandux ikun suġġett għall-proċedura ta' stima ta' l-impatt ambjentali.
3)
Meta Stat Membru jagħżel li jiddetermina każ b'każ liema mill-proġetti li jaqgħu taħt l-Anness II tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 97/11, għandhom ikunu suġġetti għal stima tal-impatt ambjentali tagħhom, huwa għandu, jew b'riferiment fir-regoli nazzjonali tiegħu għall-Anness III ta' din id-direttiva, jew billi jirriproduċi l-kriterji elenkati f'dan l-Anness fir-regoli nazzjonali tiegħu, jiżgura li dawn ikunu jistgħu lkoll jiġu effettivament ikkunsidrati meta xi wieħed jew ieħor minnhom ikun rilevanti għall-proġett inkwistjoni, mingħajr ma jkunu jistgħu, b'mod espliċitu jew impliċitu, jiġu esklużi.
(1) ĠU C 140, 23.6.2007.
Full & Egal Universal Law Academy