23.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 51/30
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta' Novembru 2007 — Diy-Mar Insaat Sanayi ve Ticaret Ltd Sirketi, Musa Akar vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-163/07 P) (1)
(Appell - Kuntratti pubbliċi ta' xogħlijiet - Ammissibbiltà - Rekwiżiti proċedurali essenzjali - Rappreżentanza obbligatorja tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi minn avukat li għandu l-kapaċità li jidher quddiem qorti ta' Stat Membru - Appell manifestament infondat)
(2008/C 51/50)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Diy-Mar Insaat Sanayi ve Ticaret Ltd Sirketi, Musa Akar [rappreżentant: C. Șahin, Rechtsanwalt]
Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: P. van Nuffel u F. hoffmeister, aġenti]
Suġġett
Appell mid-Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) tas-17 ta' Jannar 2007, Diy-Mar Insaat Sanayi ve Ticaret u Akar vs Il-Kummissjoni (T-129/06), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet bħala inammissibbli rikors intiż, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Diċembru 2005, dwar l-għoti ta' kuntratt pubbliku ta' xogħol għall-bini ta' stabbilimenti ta' tagħlim fil-provinċji ta' Siirt u ta' Diyarbakir u, min-naħa l-oħra, għas-sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni tal-proċedura in kwistjoni. — Nuqqas ta' informazzjoni, fid-deċiżjoni kkontestata, fuq in-neċessità ta' rappreżentanza minn avukat li għandu l-kapaċità li jeżerċita quddiem il-qorti ta' Stat Membru fil-każ ta' rikors kontra d-deċiżjoni — Preżentata tardiva tar-rikors issanat
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Diy-Mar Insaat Sanayi ve Ticaret Ltd Sirketi u Musa Akar huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 129, 9.6.2007.
Full & Egal Universal Law Academy