21.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 69/10
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta' Diċembru 2008 — Aktieselskabet af 21. november 2001 vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), TDK Kabushiki Kaisha (TDK Corp.)
(Kawża C-197/07) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(5) - Reputazzjoni - Profitt indebitu min-natura distintiva jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tas-sinjal verbali “TDK’ - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali u figurattivi, Komunitarji u nazzjonali, TDK - Reġistrazzjoni rrifjutata)
(2009/C 69/16)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aktieselskabet af 21. november 2001 (rappreżentant: C. Barrett Christiansen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent), TDK Kabushiki Kaisha (TDK Corp.) (rappreżentant: A. Norris, barrister)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) tas-6 ta' Frar 2007, fil-kawża, Aktieselskabet af 21. november 2001 vs UASI (T-477/04), li tiċħad bħala infondat rikors ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “TDK” għal prodotti fil-klassi 25 kontra d-Deċiżjoni R 364/2003-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta' Ottubru 2004, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade marks verbali u figurattivi, komunitarji u nazzjonali “TDK”.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Aktieselskabet af 21. november 2001 hija kkundanna għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 129, 9.6.2007.
Full & Egal Universal Law Academy