24.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 128/16
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta' Frar 2008 — Indorata-Serviços e Gestão, Lda vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-212/07) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark verbali HAIRTRANSFER - Rifjut ta' reġistrazzjoni - Nuqqas ta' karattru distintiv)
(2008/C 128/26)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Indorata-Serviços e Gestão, Lda (rappreżentant: T. Wallentin, Rechtsanwalt)
Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Weberndörfer, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla), tal-15 ta' Frar 2007, Indorata-Serviços e Gestão vs L-UASI (T-204/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “HAIRTRANSFER” għal ċerti prodotti u servizzi fil-klassijiet 8, 22, 41 u 44 — Karattru distintiv tat-trade mark
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Indorata-Serviços e Gestão Lda hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 155, 7.7.2007.
Full & Egal Universal Law Academy