8.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 285/11
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta' Lulju 2008 (talba għal deċizjoni preliminari tal-Amtsgericht Landau/Isar — il-Ġermanja) — Proċeduri kriminali kontra Rainer Günther Möginger
(Kawża C-225/07) (1)
(L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Direttiva 91/439/KEE - Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan - Irtirar tal-liċenzja tas-sewqan - Projbizzjoni temporanja ta' ħruġ ta' liċenzja ġdida - Validità ta' liċenzja miksuba fi Stat Membru ieħor matul il-perijodu ta' projbizzjoni)
(2008/C 285/18)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Landau/Isar
Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali
Rainer Günther Möginger
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Amtsgericht Landau/Isar — Interpretazzjoni tal-Artikolu 8(2) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE, tad-29 ta' Lulju 1991, dwar il-liċenzji tas-sewqan (ĠU L 237, p. 1) — Nuqqas ta' rikonoxximent mill-Istat Membru ta' residenza, fit-territorju tiegħu, ta' liċenzja tas-sewqan miksuba fi Stat Membru ieħor matul perijodu ta' projbizzjoni temporanja sabiex issir applikazzjoni għal liċenzja ġdida fl-Istat Membru ta' residenza
Dispożittiv
L-Artikoli 1(2), 8(2) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE, tad-29 ta' Lulju 1991, dwar il-liċenzji tas-sewqan, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta' Settembru 2003, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li Stat Membru jirrifjuta li jirrikonoxxi l-validità ta' liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor meta l-pussessur tagħha kien, fid-data ta' dan il-ħruġ, taħt projbizzjoni temporanja ta' ħruġ ta' liċenzja tas-sewqan ġdida fl-ewwel Stat Membru. Il-fatt li l-kwistjoni ta' validità tqum wara d-data li fiha dan il-perijodu ta' projbizzjoni ġie fit-tmiem tiegħu huwa irrilevanti f'dan ir-rigward.
(1) ĠU C 183, 4.8.2007.
Full & Egal Universal Law Academy