12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/10
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-21 ta' Settembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal administratif de Paris — Franza) — Diana Mayeur vs Ministère de la santé et des solidarités
(Kawża C-229/07) (1)
(Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Artikolu 23 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill - Libertà ta' stabbiliment - Rikonoxximent ta' diplomi, titoli u esperjenza miksuba - Sitwazzjoni taċ-ċittadina ta' Stat terz, titulari ta' diploma ta' lawrja fil-mediċina maħruġa minn dan l-Istat terz u rikonoxxuta minn Stat Membru, li tixtieq tikseb l-awtorizzazzjoni sabiex teżerċita l-professjoni tagħha ta' tabib fi Stat Membru ieħor fejn hija tirrisjedi legalment mar-raġel tagħha, ċittadin ta' dan l-aħħar Stat Membru)
(2008/C 92/17)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal administratif de Paris
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Diana Mayeur
Konvenut: Ministère de la santé et des solidarités
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal administratif de Paris — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta' April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, p. 77) — Rikonoxximent reċiproku ta' diplomi u libertà ta' stabbiliment — Obbligu li jittieħdu in kunsiderazzjoni d-diplomi, ċertifikati u t-titoli l-oħra kollha kif ukoll l-esperjenza rilevanti miksuba mill-persuna kkonċernata — Sitwazzjoni taċ-ċittadina ta' Stat terz, titulari ta' diploma ta' lawrja fil-mediċina maħruġa minn dan l-Istat terz u rikonoxxuta minn Stat Membru, li tixtieq tikseb l-awtorizzazzjoni sabiex teżerċita l-professjoni tagħha ta' tabib fi Stat Membru ieħor fejn hija tirrisjedi legalment mar-raġel tagħha, ċittadin Komunitarju.
Dispożittiv
L-Artikolu 23 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta'April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE ma jipprekludix li Stat Membru jirrifjuta lil ċittadin ta' Stat terz, miżżewweġ ma' ċittadin Komunitarju li m'għamilx użu mid-dritt tiegħu ta' moviment liberu, milli jibbaża ruħu fuq ir-regoli Komunitarji dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' diplomi u dwar il-libertà ta' stabbiliment, u ma jobbligax lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn intalbet l-awtorizzazzjoni għall-eżerċizzju ta' professjoni rregolata jieħdu in kunsiderazzjoni d-diplomi, ċertifikati u t-titoli l-oħra kollha, anki jekk dawn inkisbu barra mill-Unjoni Ewropea u jekk ta' l-inqas dawn kienu s-suġġett ta' rikonoxximent fi Stat Membru ieħor, kif ukoll l-esperjenza rilevanti tal-persuna kkonċernata, billi jagħmlu paragun bejn, minn naħa, il-kompetenzi ċċertifikati minn dawn it-titoli u din l-esperjenza, u, min-naħa l-oħra, l-għarfien u l-kwalifiki meħtieġa mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.
(1) ĠU C 155, 7.7.2007.
Full & Egal Universal Law Academy