26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/19
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Novembru 2007 — Ir-Renju tal-Belgju vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-242/07 P) (1)
(Appell - Terminu tar-rikors - Artikolu 43(6) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Oriġinal tar-rikors ippreżentat wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit - Inammissibbiltà - Kunċett ta' “żball skużabbli’ - Kunċett ta' 'każ fortuwitu)
(2008/C 22/36)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: L. Van den Broeck, aġent, J.-P. Buyle u C. Steyaert, avukati)
Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn u A. Steiblytė, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) tal-15 ta' Marzu 2007, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni (T-5/07), li permezz tiegħu il-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet bħala inammissibbli, minħabba li ġie mressaq tard, ir-rikors ta' l-appellant għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ottubru 2006, li tirrifjuta li tagħtih lura s-somma prinċipali mħallsa minnu u l-interessi imħallsa fir-rigward ta' dejn mal-Fond Soċjali Ewropew — Termini ta' rikors u termini sabiex jiġi ppreżentat l-oriġinal mibgħut minn qabel permezz ta' faks — Kunċetti ta' każ fortuwitu u ta' żball skużabbli
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa ordnat ibati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 170, 21.7.2007.
Full & Egal Universal Law Academy