24.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 128/16
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta' Frar 2008 — Carsten Brinkmann vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-243/07) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Probabbiltà ta' konfużjoni - Sinjal verbali “terranus’ - Rifjut ta' reġistrazzjoni)
(2008/C 128/27)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: Carsten Brinkmann (rappreżentant: K. van Bebber, Rechtsanwältin)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent), Terra Networks SA
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) tat-22 ta' Marzu 2007, Brinkmann vs L-UASI (T-322/05), li biha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors għal annullament magħmul mill-applikant tat-trade mark verbali “TERRANUS” għal prodotti fil-klassi 36, kontra d-deċiżjoni R 1145/2004-1 ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), ta' l-10 ta' Ġunju 2005, li tiċħad ir-rikors magħmul kontra din id-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni li tirrifjuta r-reġistrazzjoni ta' l-imsemmija trade mark fil-kuntest ta' proċedura ta' oppożizzjoni mressqa mill-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja u nazzjonali figurattiva “TERRA” għal prodotti fil-klassi 36 — Probabbiltà ta' konfużjoni bejn żewġ trade marks
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Is-Sur Brinkmann huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 199, 25.8.2007.
Full & Egal Universal Law Academy