24.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 128/17
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Frar 2008 — Tokai Europe GmbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-262/07) (1)
(Appell - Regolament (KE) Nru 384/2004 - Klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda - Persuna mhux individwalment ikkonċernata - Appell in parti manifestament inammissibbli u in parti manifestament infondat)
(2008/C 128/28)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Tokai Europe GmbH (rappreżentant: G. Kroemer, Rechtsanwalt
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Schønberg u M. B. Schima, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) tad-19 ta' Marzu 2007 fil-kawża T-183/04, Tokai Europe vs Il-Kummissjoni (T-183/04), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/2004, ta' l-1 ta' Marzu 2004, dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 64, p. 21) — Kundizzjoni li persuna tkun individwalment ikkonċernata mir-regolament ikkontestat — Dritt għal smigħ xieraq
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Tokai Europe GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) GU C 170, 21.7.2007.
Full & Egal Universal Law Academy