15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/16
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta' April 2008 — Focus Magazin Verlag GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-344/07 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Probabbiltà ta' konfużjoni - Sinjal verbali “FOCUS’)
(2008/C 209/22)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Focus Magazin Verlag GmbH (rappreżentanti: M. Herrmann u B. Müller, Rechtsanwälte)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent) Merant GmbH (rappreżentant: A. Schultz, Rechtsanwalt)
Suġġett
Appell magħmul kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) tas-16 ta' Mejju 2007 fil-kawża Merant vs UASI (T-491/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza annullat id-deċiżjoni R 542/2002-2 tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) tat-18 ta' Ottubru 2004, li laqgħet l-appell imressaq kontra d-deċiżjoni ta' l-oppożizzjoni li rrifjutat parzjalment l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali “FOCUS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 6, 7, 8, 9, 14, 15, 16, 21, 24, 25, 26, 28, 29, 32, 33, 34, 35, 36, 38, 39, 41 u 42 fil-kuntest ta' l-oppożizzjoni mressqa mill-proprjetarju tat-trade mark nazzjonali figurattiva “MICRO FOCUS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 41 u 42 — Probabbiltà ta' konfużjoni bejn żewġ trade marks
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Focus Magazin Verlag GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 79, 29.3.2008.
Full & Egal Universal Law Academy