29.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 79/11
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tas-16 ta' Jannar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil de prud'hommes de Beauvais — Franza) — Olivier Polier vs Najar EURL
(Kawża C-361/07) (1)
(Talba għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea - Konvenzjoni Nru 158 ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol - Karta soċjali Ewropea - Tkeċċija mingħajr raġuni - Nuqqas manifest ta' ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)
(2008/C 79/19)
Lingwa tal-kawża: Il-Franciż
Qorti tar-rinviju
Conseil de prud'hommes de Beauvais
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Olivier Polier
Konvenut: Najar EURL
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil de prud'hommes de Beauvais (Franza) — Interpretazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea (Artikoli 30 u 33), tal-Karta soċjali Ewropea (Artikoli 24 u 27), kif ukoll tal-Konvenzjoni Nru 158 ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, dwar it-tkeċċija — Tkeċċija ta' ħaddiem mingħajr raġuni — Validità ta' leġiżlazzjoni nazzjonali fid-dawl tan-normi ċċitati aktar 'il fuq
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej manifestament m'għandhiex ġurisdizzjoni tirrispondi għad-domandi magħmula mill-Conseil de prud'hommes de Beauvais permezz tad-deċiżjoni tad-9 ta' Lulju 2007.
(1) ĠU C 269, 10.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy