20.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/20
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Jannar 2009 — Mebrom NV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-374/07 P) (1)
(Appell - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kummissjoni - Dannu ċert u attwali - Żnaturament tal-elementi fattwali u tal-elementi ta’ prova - Oneru tal-prova)
2009/C 141/35
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Mebrom NV (rappreżentanti: K. Van Maldegem u C. Mereu, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: X. Lewis, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Mejju 2007, Mebrom vs Il-Kummissjoni (T-198/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala infondat rikors intiż sabiex jinkiseb il-ħlas ta’ dannu allegatament subit mir-rikorrenti b’riżultat tan-nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni milli timplementa, għax-xhur ta’ Jannar u ta’ Frar 2005, sistema li tippermettilha li timporta l-methyl bromide fl-Unjoni Ewropea, skont l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000, dwar sostanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 244, p. 1)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Mebrom NV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) GU C 247, 20.10.2007
Full & Egal Universal Law Academy