15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/17
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Mejju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — L-Italja) — Hospital Consulting Srl, ATI HC, Kodak SpA, Tecnologie Sanitarie SpA vs Esaote SpA, ATI, Ital Tbs Telematic & Biomedical Service SpA, Draeger Medica Italia SpA, Officina Biomedica Divisione Servizi SpA
(Kawża C-386/07) (1)
(Regoli tal-Proċedura - Artikoli 92(1) u 104(3) - Regoli Komunitarji fil-qasam tal-kompetizzjoni - Sistemi nazzjonali dwar it-tariffa ta' l-onorarji ta' avukat - L-iffissar ta' onorarji minimi - Inammissibiltà parzjali - Domandi li r-risposta tagħhom tista' tiġi dedotta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja)
(2008/C 209/23)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hospital Consulting Srl, ATI HC, Kodak SpA, Tecnologie Sanitarie SpA
Konvenuti: Esaote SpA, ATI, Ital Tbs Telematic & Biomedical Service SpA, Draeger Medica Italia SpA, Officina Biomedica Divisione Servizi SpA
Fil-preżenza ta': Azienda Sanitaria locale ULSS nru 15 (Alta Padovana, Regione Veneto)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Consiglio di Stato — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 10 u 81(1) KE u tad-Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta' Frar 1998, sabiex tkun iffaċilitata l-prattika tal-professjoni ta' avukat fuq bażi permanenti fl-Istati Membri minbarra dak fejn kienet miksuba l-kwalifikazzjoni (ĠU L 77, p. 36) — Iffissar, minn organizzazzjoni professjonali nazzjonali, ta' tariffa obbligatorja għas-servizzi ta' avukat suġġetta għal approvazzjoni ministerjali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-imħallfin, fil-kuntest tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji fuq l-ispejjeż, li jidderogaw mill-onorarji minimi stabiliti
Dispożittiv
1)
L-Artikoli 10 KE u 81 KE ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi bħala regola li ssir deroga mill-onorarji minimi approvati mid-digriet ministerjali, fuq il-bażi ta' abbozz imfassal minn organizzazzjoni professionali ta' l-avukati bħall-Consiglio nazionale forense, u li tipprojbixxi wkoll lill-qorti, meta tkun qed tiddeċiedi fuq l-ammont ta' l-ispejjeż li l-parti li tilfet għandha tħallas favur il-parti l-oħra, li tidderoga mill-imsemmija onorarji minimi.
2)
It-tielet domanda magħmula mill-Consiglio di Stato, permezz tad-deċiżjoni tat-13 ta' Jannar 2006, hija manifestament inammissibbli.
(1) ĠU C 283, 24.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy