8.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 285/12
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta' Ġunju 2008 — Ayuntamiento de Madrid, Madrid Calle 30, SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-448/07 P) (1)
(Appell - Għoti ta' informazzjoni dwar il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv - Regolament (KE) Nru 3605/93 - Sistema Ewropea tal-Kontijiet 1995 (SEK 95) - Regolament (KE) Nru 2223/96 - Klassifika tal-entità “Madrid Calle 30’ fis-settur tal-“amministrazzjonijet pubbliċi’ - Komunikat tal-istampa ta' Eurostat - Att li jista' jiġi kkontestat)
(2008/C 285/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Ayuntamiento de Madrid, Madrid Calle 30, SA (rappreżentanti: J. Buendía Sierra u R. González-Gallarza Granizo, abogados)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Aresu u L. Escobar Guerrero, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) tat-12 ta' Lulju 2007, Ayuntamiento de Madrid y Madrid Calle 30, SA vs Il-Kummissjoni (T-177/06) li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet bħala inammissibbli talba għall-annullament tal-komunikat tal-istampa ta' Eurostat Nru 48/2006 tal-24 ta' April 2006, inkwantu dan kien jinkludi deċiżjoni tal-Kummissjoni (Eurostat) dwar il-klassifika ta' Madrid Calle 30 fis-settur ta' “amministrazzjonijiet pubbliċi” fi ħdan is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet (SEK 95)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Ayuntamiento de Madrid u Madrid Calle 30 SA huma kkundanati għall-ispejjeż.
(1) GU C 283, 24.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy