15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/17
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-21 ta' Mejju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky, ir-Repubblika Slovakka) — Karol Mihal vs Daňový úrad Košice V
(Kawża C-456/07) (1)
(L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Sitt Direttiva VAT - Persuni taxxabbli - L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4(5) - Korpi rregolati bid-dritt pubbliku - Marixxalli tal-Qorti - Persuni fiżiċi u ġuridiċi)
(2008/C 209/24)
Lingwa tal-kawża: Is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Najvyšší súd Slovenskej republiky
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Karol Mihal
Konvenut: Daňový úrad Košice V
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Najvyšší súd Slovenskej republiky — Interpretazzjoni ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 77/388 KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) — Korp irregolat bid-dritt pubbliku li jwettaq attivitajiet jew operazzjonijiet bħala awtorità pubblika li mhuwiex suġġett għat-taxxa — Inklużjoni ta' marixxalli tal-qorti fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet pubbliċi tagħhom — Effett dirett
Dispożittiv
Attività eżerċitata minn individwi, bħal dik ta' marixxall tal-qorti, mhijiex eżenta mit-taxxa fuq il-valur miżjud minħabba s-sempliċi fatt li din tikkonsisti fit-twettiq ta' atti li jaqgħu fil-prerogattivi ta' l-awtorità pubblika. Anki jekk jitqies li, fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu, huwa jwettaq tali atti, il-marixxall tal-qorti, skond leġiżlazzjoni bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jeżerċitax l-attività tiegħu fil-forma ta' korp irregolat bid-dritt pubbliku, peress li ma jagħmilx parti mill-organizzazzjoni ta' l-amministrazzjoni pubblika, iżda fil-forma ta' attività ekonomika independenti, imwettqa fil-qafas ta' professjoni libera u, għalhekk, ma jistax igawdi mill-eżenzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4(5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima.
(1) ĠU C 315, 22.12.2007.
Full & Egal Universal Law Academy