21.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 69/11
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Settembru 2008 — Coats Holdings Ltd, J&P Coats Ltd vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-468/07 P) (1)
(Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura - Kompetizzjoni - Akkordji - Multa - Talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa li stabbiliet il-Qorti tal-Prim'Istanza)
(2009/C 69/17)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Coats Holdings Ltd, J&P Coats Ltd [rappreżentanti: W. Sibree u C. Jeffs, Solicitors]
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u K. Mojzesowicz, aġenti]
Suġġett
Appell ippreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta' Settembru 2007 fil-kawża T-36/05, Coats Holdings Ltd u J & P Coats Ltd vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza annullat parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4221 finali, tas-26 ta' Ottubru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Kawża COMP/F-1/38.338 — PO/Needles), dwar akkordji għat-tqassim tas-suq tal-prodotti tal-haberdashery u għat-tqassim tas-suq ġeografiku, u stabbiliet il-multa imposta fuq ir-rikorrenti għal EUR 20 miljun — Talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Coats Holdings Ltd u J&P Coats Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 297, 8.12.2007.
Full & Egal Universal Law Academy