12.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/15
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Frar 2009 — Galileo Lebensmittel GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-483/07 P) (1)
(Appell - Rikors għal annullament - Riżervazzjoni mill-Kummissjoni tal-isem tad-dominju “” - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE - Deċiżjoni li tikkonċerna individwalment persuna fiżika jew ġuridika - Rikors manifestament infondat)
2009/C 220/25
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Galileo Lebensmittel GmbH & Co. KG (rappreżentant: K. Bott, Rechtsanwalt)
Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Braun u E. Montaguti, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla), tat-28 ta’ Awwissu 2007, fil-kawża T-46/06, Galileo Lebensmitte vs Il-Kummissjoni, li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirriżerva, skond l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004, tat-28 ta’ April 2004, li jippreskrivi r-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet tad-dominju tal-Ogħla Livell [.eu] u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistrazzjoni (ĠU L 162, p. 40), l-isem tad-dominju “” bħala isem ta’ dominju riżervat għall-użu tal-istituzzjonijiet, l-organi u l-korpi tal-Komunità — Rekwiżit li r-rikorrent ikun ikkonċernat individwalment mid-deċiżjoni kkontestata — Ksur tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Galileo Lebensmittel GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 8, 12.1.2008
Full & Egal Universal Law Academy