8.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 285/12
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-27 ta' Ġunju 2008 — Philip Morris Products SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-497/07) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Trade mark tridimensjonali li tirrapreżenta l-forma ta' pakkett ta' sigaretti - Rifjut ta' reġistrazzjoni)
(2008/C 285/20)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Philip Morris Products SA [rappreżentant: T. van Innis, avukat]
Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) [rappreżentant: A. Rassat, aġent]
Suġġett
Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla), tat-12 ta' Settembru 2007, Phillip Morris Products vs UASI (T-140/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza caħdet ir-rikors imressaq mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta' Frar 2006, li tikkonċerna l-applikazzjoni tagħha għar-reġistrazzjoni, bħala trade mark Komunitarja, tal-forma ta' pakkett ta' sigaretti — Ksur ta' l-Artikoli 4 u 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1) — Karattru distintiv ta' forma tridimensjonali — Mezzi ta' espressjoni ta' din il-forma u mument li fih din għandha tiġi evalwata.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Phillip Morris Products hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 22, 26.1.2008.
Full & Egal Universal Law Academy