21.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 69/11
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta' Novembru 2008 — Territorio Energia Ambiente SpA (TEA) vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-500/07 P) (1)
(Appell - Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata tal-appell - Punt ta' tluq - Rikors sabiex il-Qorti tal-Prim'Istanza tagħmel dikjarazzjoni dwar il-kamp ta' applikazzjoni ratione personae ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni - Nuqqas manifest ta' ġurisdizzjoni)
(2009/C 69/18)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Appellanti: Territorio Energia Ambiente SpA (TEA) (rappreżentanti: E. Coffrini u F. Tesauro, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Righini u G. Conte, aġenti)
Suġġett
Appell imressaq kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) tas-17 ta' Settembru 2007, Territorio Energia Ambiente SpA (TEA) vs Il-Kummissjoni (T-175/07) li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet talba sabiex jiġi kkonstatat prinċipalment li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/193/KE tal-5 ta' Ġunju 2002, dwar għajnuna mogħtija mill-Istat fil-forma ta' eżenzjonijiet fiskali u self b'kundizzjonijiet preferenzjali mogħtija mill-Italja lil impriżi tas-servizz pubbliku b'kapital, fil-parti l-kbira, pubbliku (ĠU 2003, L 77, p. 21) ma tapplikax għar-rikorrenti u, sussidjarjament, li r-rikorrenti ma bbenefikatx minn għajnuna illegali u b'konsegwenza, sabiex tikseb l-annullament, sa fejn huwa neċessarju, ta' din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Territorio Energia Ambiente SpA (TEA) hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 37, 9.2.2008.
Full & Egal Universal Law Academy