21.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 69/12
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta' Novembru 2008 — S.A.BA.R. SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-501/07 P) (1)
(Appell - Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata tal-appell - Punt ta' tluq)
(2009/C 69/19)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Appellanti: S.A.BA.R. SpA (rappreżentanti: E. Coffrini u F. Tesauro, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Righini u G. Conte, aġenti)
Suġġett
Appell imressaq kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) tas-17 ta' Settembru 2007, S.A.BA.R. vs Il-Kummissjoni (T-176/07), li bih il-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-5 ta' Ġunju 2002, li tiddikjara bħala inkompatibbli mas-suq komuni s-sistema ta' għajnuna (C-27/99, ex NN 69/98) prevista mil-leġiżlazzjoni Taljana fil-forma ta' eżenzjonijiet fiskali u self b'kundizzjonijiet preferenzjali favur impriżi ta' servizzi pubbliċi b'kapital, fil-parti l-kbira, pubbliku (ĠU 2003, L 77, p. 21)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
S.A.BA.R. SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 37, 9.2.2008.
Full & Egal Universal Law Academy