21.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 69/13
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta' Novembru 2008 — Philippe Combescot vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-526/07 P) (1)
(Appell - Uffiċjali- Ħatra ta' kariga bħala Kap ta' Delegazzjoni fil-Kolombja - Esklużjoni mill-kompetizzjoni - Talba għal kumpens għad-dannu - Determinazzjoni tal-portata tal-kumpens għad-dannu - Appell in parti manifestament inammissibbli u in parti manifestament infondat)
(2009/C 69/22)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Appellant: Philippe Combescot (rappreżentanti: A. Maritati u V. Messa, avukati)
Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall, aġent u S. Corongiu, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta' Settembru 2007, Combescot vs Il-Kummissjoni (T-250/04) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza kkonstatat biss l-eżistenza ta' dannu morali billi ċaħdet it-talba tal-appellant għar-rikonoxximent tal-illegalità tad-deċiżjoni li eskludietu mill-kompetizzjoni għall-ħatra ta' kariga bħala Kap ta' Delegazzjoni fil-Kolombja, għall-annullament tal-proċedura ta' din il-kompetizzjoni u għall-annullament tad-deċiżjoni tal-ħatra ta' kariga kkonċernata u għall-kumpens tad-danni l-oħra invokati mill-appellant.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
P. Combescot huwa kkundannat għall-ispejjeż tal-appell.
(1) ĠU C 37, 9.2.2008.
Full & Egal Universal Law Academy