21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/23
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tad-19 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof — L-Awstrija) — Deniz Sahin vs Bundesminister für Inneres
(Kawża C-551/07) (1)
(Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Direttiva 2004/38/KE - Artikoli 18 KE u 39 KE - Dritt għar-rispett tal-ħajja familjari - Dritt ta' residenza ta' ċittadin ta' pajjiż terz li daħal fit-territorju ta' Stat Membru bħala applikant għal ażil u li sussegwentement iżżewweġ ċittadina ta' Stat Membru ieħor)
(2009/C 44/39)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Deniz Sahin
Konvenut: Bundesminister für Inneres
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 18 u 39 tat-Trattat KE, kif ukoll tal-Artikoli 3(1), 6(2), 7(1)(d) u (2), 9(1) u 10(1) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, p. 77) — Dritt ta' residenza ta' ċittadin ta' pajjiż terz li daħal fit-territorju ta' Stat Membru bħala applikant għal ażil u li sussegwentement iżżewweġ ċittadina ta' Stat Membru ieħor
Dispożittiv
1)
L-Artikoli 3(1), 6(2) u 7(1)(d) u (2) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta' April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandhom jiġu interpretati b'mod li jinkludu l-membri tal-familja li jkunu waslu fl-Istat Membru ospitanti indipendentement miċ-ċittadin tal-Unjoni u li jiksbu l-kwalità ta' membru tal-familja jew jibdew jgħixu ħajja familjari ma' dan iċ-ċittadin tal-Unjoni biss ladarba jaslu f'dan l-Istat. Huwa irrilevanti f'dan ir-rigward li, fil-mument li fih il-membru tal-familja jikseb l-imsemmija kwalità jew jibda' jgħix ħajja familjari, huwa jirresjedi provviżorjament fl-Istat Membru ospitanti abbażi tal-leġiżlazzjoni fuq id-dritt ta' ażil ta' dan l-Istat.
2)
L-Artikoli 9(1) u 10 tad-Direttiva 2004/38 jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha membri tal-familja ta' ċittadin tal-Unjoni li mhumiex ċittadini ta' Stat Membru u li għandhom dritt ta' residenza skont id-dritt Komunitarju, b'mod partikolari skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva, ma jistgħux jiksbu karta ta' residenza ta' membru tal-familja ta' ċittadin tal-Unjoni minħabba s-sempliċi raġuni li huma provviżorjament awtorizzati jirrisjedu fl-Istat Membru ospitanti abbażi tal-leġiżlazzjoni ta' dan l-Istat fuq id-dritt ta' ażil.
(1) ĠU C 64, 8.3.2008.
Full & Egal Universal Law Academy