12.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/15
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Mejju 2009 — AMS Advanced Medical Services GmbH vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), American Medical Systems, Inc.
(Kawża C-565/07 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark figurattiva AMS Advanced Medical Services - Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Appell li sar irrilevanti - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2009/C 220/26
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: AMS Advanced Medical Services GmbH (rappreżentant: S. Schäffler, Rechtsanwältin)
Partijiet oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), (rappreżentant: G. Schneider, aġent), American Medical Systems, Inc. (rappreżentanti: H. Kunz-Hallstein u R. Kunz-Hallstein, Rechtsanwälte)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2007, AMS vs UASI — American Medical Systems (AMS Advanced Medical Services) (T-425/03), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark figurattiva Komunitarja “AMS Advanced Medical Services” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 10 u 42 kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Settembru 2003, li annullat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u laqgħet parzjalment l-oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali “AMS” — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Ammissibbiltà ta’ talba għal provi tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti mressqa għall-ewwel darba mill-applikant quddiem il-Bord ta’ l-Appell
Dispożittiv
1)
M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar l-appell ippreżentat minn AMS Advanced Medical Services GmbH.
2)
AMS Advanced Medical Services GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ din l-istanza.
(1) GU C 64, 08.03.2008
Full & Egal Universal Law Academy