Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Novembru 2007 – Il-Kummissjoni vs Il-Belġju
(Kawża C‑3/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2003/110/KE – Għajnuna f’każijiet ta’ tranżitu – Miżuri ta’ tkeċċija bl-ajru – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Suġġett tal-kawża – Insuffiċjenza tat-traspożizzjoni ta’ direttiva mingħajr azzjoni leġiżlattiva (Artikolu 226 KE; Direttiva tal-Kunsill 2003/110, Artikolu 5(2)) (ara l-punti 6-7)
2. Atti ta’ l-istituzzjonijiet – Direttivi – Eżekuzzjoni mill-Istati Membri (It-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 249 KE) (ara l-punt 11)
3. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu previst mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 13)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas ta’ adozzjoni, fit-terminu previst, tad-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/110/KE, tal-25 ta’ Novembru 2003, fuq l-għajnuna f’każijiet ta’ transitu għal raġunijiet ta’ tneħħija [tkeċċija] bl-ajru (ĠU L 321, p. 26).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex jikkonforma mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/110/KE, tal-25 ta’ Novembru 2003, fuq l-għajnuna f’każijiet ta’ transitu għal raġunijiet ta’ tneħħija [tkeċċija] bl-ajru, bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 5(2) ta’ din id-direttiva, ir-Renju tal-Belġju naqas mill-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2)
Ir-rikors huwa miċħud għal dak li jirrigwarda n-nuqqas ta’ traspożizzjoni ta’ l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2003/110.
3)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy