Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Settembru 2007 –
Il-Kummissjoni vs Il-Portugall
(Kawża C‑4/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2003/110/KE – Għajnuna f’każijiet ta’ tranżitu għal raġunijiet ta’ tneħħija bl-ajru – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 9)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/110/KE, tal-25 ta’ Novembru 2003, dwar l-għajnuna f’każijiet ta’ tranżitu għal raġunijiet ta’ tneħħija bl-ajru (ĠU L 321, p. 26).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/110/KE, tal-25 ta’ Novembru 2003, fuq l-għajnuna f’każijiet ta’ tranżitu għal raġunijiet ta’ tneħħija bl-ajru, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikolu 10(1) ta’ din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy