Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-27 ta’ Settembru 2007 – Il-Kummissjoni vs Il-Portugall
(Kawża C‑5/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2003/109/KE – Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 9)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU L 16, p.44)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul, ir-Repubblika Portugiża naqset mill-obbligi tagħha skond din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy