Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-29 ta’ Novembru 2007 –
Il-Kummissjoni vs Spanja
(Kawża C‑6/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2002/74/KE – Protezzjoni ta’ l-impjegati – Insolvenza ta’ min iħaddem”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 9)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2002/74/KE, tat-23 ta’ Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill Nru 80/987/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom (ĠU L 270, p. 10).
Dispożittiv
1)
Billi naqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonjiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2002/74/KE, tat-23 ta’ Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill Nru 80/987/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom, ir-Renju ta’ Spanja naqas mill-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy