Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-27 ta’ Settembru 2007 – Il-Kummissjoni vs Franza
(Kawża C‑9/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2002/74/KE – Protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 8)
2. Stati Membri – Obbligi – Implementazzjoni tad-direttivi – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Ġustifikazzjoni bbażata fuq is-sistema interna – Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 9)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2002/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ insolvenza ta’ min iħaddimhom (ĠU L 270, p. 10)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi meħtieġa sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2002/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ insolvenza ta’ min iħaddimhom, ir-Repubblika Franċiża naqset mill-obbligi tagħha skond din id-Direttiva.
2)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy